Il-Maltin fl-Awstralja jirrikonoxxu lil Daphne

Il-Kunsill tal-Kommunità Maltija f’Victoria (MCCV) ippremja lill-ġurnalista assasinata Daphna Caruana Galizia waqt il-preżentazzjoni tar-rikonoxximenti għas-sena 2017. Ir-rikonoxximent ingħata għall-kontribuzzjoni siewja li għamlet lejn d-demokrazija f’Malta permezz tal-ġurnaliżmu investigattiv.

Ix-xogħol ta’ Caruana Galizia ġie rikonoxut madwar id-dinja permezz tad-diversi premji li ngħatat wara l-assassinju tagħha.

Il-President tal-MCCV Victor Borg qal li Daphne ħalset b’ħajjitha waqt li kienet għaddejja fuq din il-missjoni altruwista. Huwa saħaq li l-mewta mhux mistennija tal-ġurnalista għandha bżonn tinspira l-ġurnalisti u l-midja f’Malta biex ikomplu fil-passi tagħha u jkunu kuraġġużi bħalma kienet hi fit-tfittxija għall-verità u li jkunu ta’ servizz għad-demokrazija. Huwa saħaq li l-investigazzjonijiet tal-ġurnalista għandhom jitkomplew sakkem jitlestew.