Rebbieħa Maltin f’kampjonat Ewropew tad-Drag Racing

Duncan_Micallef

Sewwieqa Maltin kisbu riżultati tajbin fl-ewwel jum tal-ewwel rawnd tal-Kampjonat Ewropew tad-Drag racing, u fit-tieni rawnd għall-muturi. 
Mix-xena tad-drag racing, fl-ewwel ħarġa tiegħu Duncan Micallef għamel ġirja ta’ 3.92 sekonda b’velocitàta’ 309 mil fis-siegħa. Sfortunatament, Micallef ġarrab xi ħsarat u l-karozza tiegħu ntfiet fl-aħħar mumenti tat-tieni rawnd.
Madanakollu jidher li l-battalja bejn Micallef, champion tal-2017,  u Anita Makela tal-Fillandja champion tal-2016, għax il-Fillandiża rrispondiet b’ġirja ta’ 3.95 sekonda. 
Mix-xena tal-muturi, Glenn Borg u Franklyn Borg qed jirrapreżentaw lil Malta. Borg saq il-kwart ta’ mil f’ 6.56 sekonda b’veloċità ta’ 206 mil fis-siegħa filwaqt li Franklyn Borg għamel dan f’ħin ta’ 7.13 sekonda b’veloċitàta’ 200 mil fis-siegħa.
It-tlielaq se jkomplu llum u għada, f’Santa Pod fl-Ingilterra.
Ritratt: Debono photography