Il-Maltin b’qalb tad-deheb ma’ turist sfortunat

Turist li ma tbissmitlux ix-xorti f’Malta, sab ix-xorti mod ieħor, bil-ġenerożità li wrewlu l-Maltin, li hu faħħarhom u qal li ma jistax ipoġġi l-gratitudni tiegħu lejhom fi kliem.

Dan it-turist qiegħed fuq btala f’Malta u nsterqitlu l-kartiera bil-flus kollha li kellu. Huwa kiteb fuq grupp pubbliku fuq sit soċjali biex jistaqsi fejn jista’ jbigħ il-kamera tiegħu jew xi affarijiet oħra biex ikollu flus biex jgħaddi.

Aktar tard, aġġorna l-kitba tiegħu jgħid li m’għadx għandu bżonn għajnuna għax familtu bagħtitlu xi flus. Imma rrakkonta kif kienu bosta li kkuntattjawh biex joffrulu post fejn joqgħod, ikel u biex jaraw kif inhu.

Huwa qal li Malta hu post mill-isbaħ b’nies b’qalbhom tad-deheb.

https://www.facebook.com/TheLOLPosts/photos/a.1466404116932159/2040986646140567/?type=3&theater