​Il-Malti li tajjar ċiklist fil-Polonja ħa l-karozza bla permess – rapporti

Iż-żagħżugħ Malti li tajjar u qatel ċiklist fil-Polonja qal li ħa l-karozza li kien qed isuq mingħajr permess.
L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-5:00pm fi Bielawa qrib il-kapitali Varsavja.
Skont il-midja Pollakka kelliem għall-Pulizija qal li fl-interrogazzjoni, il-Malti ħareġ li ma kellux permess isuq il-karozza. Il-Qorti ordnat li għandu jinżamm arrestat b’mod temporanju għal xahrejn.
Iż-żagħżugħ ammetta li tajjar liċ-ċiklist. Spjega li saq karozza tal-kiri li ħa mingħajr il-permess ta’ sidha.
Jidher li l-Malti kien jitla’ l-Polonja xi kultant ma’ missieru li għandu negozju hemm.
Ritratt: ​Komenda Stołeczna Policji