Il-Maltese Survivor se jitlaq għal ħamest ijiem fin-natura selvaġġa ta’ Sqallija

Kollox għandu ppreparat biex f’temp ta’ 48 siegħa, Graham Sansone, jitlaq għall-avventura li se tieħdu ħamest ijiem fil-kampanja ta’ Sqallija.

Graham, imma fuq Facebook hu magħruf bħala l-Maltese Survivor, ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat jagħmel it-training meħtieġ biex jirnexxielu jiġġieled il-kesħa u d-diffikultajiet kollha li ġġib magħha l-avventura.

Din mhux l-ewwel avventura ta’ dan it-tip għal Graham. F’Novembru li għadda qatta’ tliet ijiem qalb in-natura li hemm madwar it-Torri l-Aħmar. F’Diċembru mbagħad għaqqad grupp ta’ ħbieb u mxew minn Marsaxlokk sal-Mellieħa, total ta’ 51 kilometru.

Anke din id-darba, mhu se jieħu xejn tal-ikel miegħu, ħlief flixkun ilma. F’każ li jaqbdu l-ġuħ, se jkollu jiekol frott u insetti li jinsabu fi Sqallija. Mhux se jieħu lanqas tinda biex jistkenn.

L-għan tal-avventura hu li jinġabru kemm jista’ jkun donazzjonijiet li se jmorru biex tiġi ristrutturata d-dar Mamma Margerita li tilqa’ fiha żgħażagħ bla dar u li hi mmexxija mis-Sależjani.

Iktar dettalji dwar l-avventura li jmiss ta’ Graham tista’ tinkiseb mill-paġna tiegħu fuq Facebook: https://www.facebook.com/MalteseSurvivor?fref=ts