“Il-maltempata kienet kiefra mal-Knisja ta’ San Filippu” – Patri

Qassis sostna li l-maltempata li ħakmet il-gżejjer Maltin, ħalliet ħafna ħsarat fil-Knisja ta’ San Filippu, kemm fuq ġewwa, kif ukoll fuq barra.

Il-Patri Salesjan ta’ Don Bosco, Antoine Farrugia, spjega kif il-maltemp qala’ l-membrane daqs li kieku kienet liżar, minn bosta bnadi u l-ilma beda jgelgel ġewwa. Spjega kif ħames twieqi mill-koppla u s-sagristija nfaqgħu u inqalgħu minn posthom, il-ħġieġ u l-ġebel tagħhom għamel ħerba sħiħa.

Patri Farrugia rrimarka kif għadd ta’ voluntiera u ħaddiema mqabbdin mid-Direttorat tar-Ristawr saddew it-twieqi. Qal li bħalissa għadhom għaddejjin bit-tindif, iżda s-saqaf hemm bżonn li jsirlu l-waterproofing u xi restawr qabel ma l-Knisja tintilef għal kollox.