Il-Maltempata Bella żżid mal-kaos fl-Ingilterra

storm Bella
Evening Standard

Read in English.

Il-maltemp fl-Ingilterra, bl-isem ta’ Storm Bella, ħoloq il-kaos fl-Ingilterra u Wales.

Waħda mill-aktar żoni affettwati hija Great Barford f’Bedfordshire fix-Xlokk tal-Ingilterra.

F’xi naħat, ir-riħ kien ta’ 150 kilometru fis-siegħa, u dan wassal għal xi għargħar f’naħat differenti tal-pajjiż.

Din ix-xita qawwija żiedet mal-ġenn li hemm fil-pajjiż minħabba l-Covid-19 u l-varjant il-ġdid li nstab fl-Ingilterra u nfirex madwar l-Ewropa u anke lil hinn.

Din il-maltempata laqtet ukoll in-naħa ta’ fuq ta’ Franza, u saħansitra nqata’ d-dawl għal sigħat twal f’naħat fi Brittanja u n-Normandija.