Il-maltemp ma jxekkilx il-mixja tad-Duluri fil-Belt

Eluf ta' persuni nġabru fit-toroq tal-Belt biex jieħdu sehem fil-pellegrinaġġ penitenzjali wara l-istatwa tad-Duluri.
Minħabba l-maltemp li kien imbassar għal-lejla, ir-reffiegħa mxew b'pass mgħaġġel biex ma taqbadhomx ix-xita, iżda dan ma waqqafx il-folla milli għal darb'oħra tingħaqad għall-purċissjoni.
L-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna mexxa l-purċissjoni u preżenti wkoll kien hemm l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona, Mons. Aldo Cavalli u r-raġel tal-President ta' Malta, Edgar Preca.
L-Arċisqof għamel ħin ta' talb fil-kappella tas-sorijiet tal-klawsura fi Triq Sant' Ursula.  
Il-purċissjoni tad-Duluri saret illejla f'bosta parroċċi f'Malta u Għawdex.