Il-maltemp joqtol 5 persuni fl-Olanda u l-Ġermanja

Ħames persuni mietu f’maltempati fl-Olanda u l-Ġermanja.
Tlieta tilfu ħajjithom fl-Olanda u tnejn fil-Ġermanja wara li waqgħu siġar, intradmu minn terrapien, jew inċidenti fit-triq.
Il-maltempata, li fil-Ġermanja qed tissejjaħ Friederike, se taqsam il-pajjiż, qabel tilħaq il-Polonja matul il-lejl. 
L-irwiefen ta’ 90 mil fis-siegħa kkawżaw ukoll kaos fit-trasport.  Illum waqaf is-servizz tal-ferrovija fil-Ġermanja, filwaqt li ġew sospiżi għal xi ħin titjiriet f’ajruport f’Amsterdam.  B’kollox tħassru 300 titjira.