Il-Maltemp iwaqqaf it-tfittxija għall-ajruplan tal-Malaysian Airlines

Il-maltemp u r-riħ qawwi wasslu biex kellha tiġi sospiża t-tfittxija għall-ajruplan tal-Malaysian Airlines.  Dan id-dewmien qed iwassal għal agunija itwal għall-qraba tal-239 persuna li hemm mitlufa abbord l-ajruplan.

Nhar it-tnejn li għadda l-Prim Ministru tal-Malasja Najib Razak ħabbar li l-ajruplan temm il-vjaġġ tiegħu fl-Oċean Indjan. Huwa ddikjara li l-Gvern tal-pajjiż qed jassumi li l-persuni abbord huma kollha mejta.