Aġġornata: Jekk se taqsam il-fliegu…

Is-servizz tal-Gozo Channel reġa' lura għan-normal wara li lbieraħ filgħaxija waqaf jopera minħabba l-maltemp u riħ qawwi li ħakem il-Gżejjer Maltin.
Kelliem għall-Gozo Channel qal li l-ewwel vapur ħalla l-Imġarr fis-7am u bħalissa qed jaħdmu t-tlieta li huma.
Għalissa l-vapur qed jgħaddi minn wara Kemmuna.
L-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta ħareġ twissija li r-riħ mill-Punent il-Lbiċ ser ikun lokalment qawwi għal qawwi ħafna f'xi waqtiet u mbagħad idur mill-Punent Majjistru.

Din it-twissija tibqa' fis-seħħ sad-9am.

Ritratt: Manny Buhagiar