Il-maltemp ikompli jħassar titjiriet fuq it-Turkija

Il-maltemp fuq it-Turkija wassal biex 84 titjira tat-Turkish Airlines jiġu kkanċellati bejn illum u għada.
It-titjiriet huma nazzjonali u internazzjonali li jitilqu minn, jew jaslu fl-ajruport ta’ Istanbul.
Il-ġimgħa li għaddiet tħassru iktar minn 500 titjira fuq tlett ijiem minħabba l-ħafna borra li niżlet fl-inħawi tal-Bosforu.