Il-maltemp ikompli jfixkel it-tfittxija għall-vittmi tal-AirAsia

Il-Maltemp qed ikompli jfixkel it-tfittxija għall-passiġġieri u biċċiet oħra mill-ajruplan tal-AirAsia li waqa' fil-baħar waqt li kien fi triqtu mill-Indoneżja għal Singapore erbat ijiem ilu.
S’issa instabu biss 7 katavri mill-162 persuna abbord.
Uffiċjali tas-salvataġġ qalu liqed jittamaw li jsibu aktar persuni għalkemm it-tama li jinstabu ħajjin dejjem qed tonqos. Issa m'hemmx biss glieda mal-ħin iżda anke mal-maltemp.
Qed issir tfittxija wkoll għall-black box tal-ajruplan li tista’ tgħin biex tkun stabbilità l-kawża tal-waqgħa.
Intant fil-Belt ta’ Surabaya fl-Indoneżja saret velja u minuta silenzju għall-vittmi.