Il-maltemp iħassar il-partiti li kellhom jintlagħbu f’Kordin

Il-Malta Football Association avżat li l-partiti mill-kampjonat BOV Premier li kellhom jintlagħbu llum fil-Hibernians Stadium, f’Kordin, ġew posposti minħabba l-maltemp.
Il-partiti ta' llum kienu St. Andrew’s FC vs Birkirkara FC li kellha tibda fis-2.00pm u Qormi FC vs Balzan FC li kellha tibda fl-4.15pm.
Id-dettalji dwar meta se jintlagħbu dawn iż-żewġ partiti jinħarġu mill-MFA fil-jiem li ġejjin.

Il-partiti l-oħra kollha tal-MFA li kienu skjedati għal-lum se jintlagħbu b’mod normali.