Il-maltemp fl-Italja joqtol 2 persuni

Żewġ persuni nqatlu bil-maltemp li ħakem l-Italja fl-aħħar sigħat.
F'Lazio, barrani ta’ 20 sena miet f’Ladispoli wara li waqgħet biċċa mis-saqaf fuqu, filwaqt li raġel ta’ 61 sena miet f’Cesano wara li tgħaffeġ minn siġra.  Ġew salvati ħames residenti minn żewġ binijiet li ġarrbu xi ġrieħi.
Għadd ta’ familji f’Ladispoli jinsabu bla saqaf fuq rashom hekk kif tromba qawwija tar-riħ laqtet il-kosta waranofsinhar u ħalliet djar bla saqaf, gallariji mwaqqgħin u għargħar.
Indarbu wkoll persuni oħra f’Sardinja, Umbria, Marche u Toscana.
F’ċertu żoni twissijiet ta’ maltempati jibqgħu jgħoddu sal-4 ta’ għada waranofsinhar.