Filmat: Il-maltemp fil-Messiku jħalli 97 vittma

L-awtoritajiet Messikani qed jgħidu li minn tal-inqas 97 persuna tilfet ħajjitha b’kawża tal-maltemp li laqat il-pajji aktar kmieni din il-ġimgħa.

Il-villaġġ ta’ La Pintada, villaġġ li jinsab qrib il-kosta Paċifika, spiċċa nofsu mirdum taħt it-tajn li nġemgħa’ bix-xita. S’issa, il-pulizija ġabbret 15-il katavru filwaqt li mas-70 resident għadhom ma’ nstabux.

Ħelikopter li kien għaddej b’operazzjoni ta’ salvataġġ għadu mitluf s’issa, bi tliet membri tas-salvataġġ abbord. It-tfittxija għal ħelikopter mistennija tibda ladarba t-temp jeqleb għall-aħjar.

Intant, il-President Enrique Pena Nieto, ħabbar li se jikkanċella t-titjira li kellu ppjanata għal New York.