Il-MaltaPost ippremjata bħala l-aktar kumpanija inklussiva

MaltaPost

Il-MaltaPost ingħatat il-Premju Soċjetà Ġustà bħala l-aktar kumpanija li topera b’mod inklussiv f’Malta.

Fi stqarrija, il-MaltaPost qalet li rċeviet dan il-premju grazzi għall-proġett tagħha Tanseana. Ħafna mill-membri tal-istaff bħala parti minn dan il-proġett huma persuni b’diżabilita li jgħixu f’Għawdex. Bis-sapport tal-Fondazzjoni Lino Spiteri, dawn l-impjegati jagħmlu xogħol relatat mas-servizzi tad-Document Management.

Il-Premju Soċjetà Ġusta huwa organizzat mis-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijjiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva.