Filmat: Il-MaltaPost b’filmat ħelu għal żmien il-Milied

Delivering Magic This Christmas

Delivering Magic This Christmas – MaltaPost

Posted by MaltaPost on Wednesday, December 5, 2018

Għal żmien il-Milied, il-Malta Post ħejjiet filmat qasir fejn juri pustier li ta’ kuljum iwassal il-posta lid-djar. Fil-filmat tidher dar partikolari li fiha tgħix familja b’tifla ċkejkna.

Ta’ kuljum il-pustier iwassal l-ittri lil din il-familja u f’jum il-Milied jgħin lil San Niklaw fit-tqassim tar-rigali. Il-pustier jidher iwassal rigal kull wieħed lill-omm, lill-missier u lit-tifla. Hu ma jinsiex ukoll lill-kelb li jagħmel parti minn din il-familja.

Ara l-filmat tassew ħelu għal dan iż-żmien.