Aġġornata: Il-Malta Enterprise tikkanċella l-iskema għall-enerġija solari

Il-Malta Enterprise ddeċidiet li tikkanċella s-Solar Energy Grant Scheme. Dan minħabba problemi tekniċi li ltaqgħu magħhom fil-proċess tal-għażla tal-kumpaniji li jipprovdu enerġija mix-xemx.

Din id-deċiżjoni ntlaħqet wara konsultazzjoni mal-Managing Authority of the European Regional Development Fund, kif ukoll wara tfittxija li saret mill-Kumitat tal-Appell u konsiderazzjoni ta’ alternattivi oħrajn. 

Intant fi stqarrija, il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej qal li l-Gvern qed jidentifika alternattivi għall-fondi li huma aċċessibli. Il-Gvern qal li se jagħmel dak li hu possibli biex il-fondi jintużaw kollha u kif suppost.