Il-Malta Darts Association torganizza żewġ avvenimenti importanti

Matul l-ewwel ġimgħa ta' Awissu, il-Malta Darts Association organizzat żewġ avvenimenti importanti; l-preżentazzjoni ta' tmiem l-istagun 2016/17 u attività ġewwa l-Kalkara bi ġbir ta' fondi għal-MCCF.
Għall-preżentazzjoni ta' tmien l-istaġun li saret ġewwa l-Golden Tulip Vivaldi Hotel f' San Ġiljan, attendew numru rekord ta' nies, eżattament 160. Matul is-serata numru ta' premjijiet ingħataw lil timijiet u plejers għas-suċċessi li kisbu matul l-istaġun 2016/17. L-Onorevoli David Agius, shadow minister għaż-Zgħażagħ u l-iSport u Julian Pace Bonello, President tal-kumitat Olimpiku Malti, ippreżentaw l-awards flimkien mal-president tal-assoċjazzjoni tad-darts, Edward Bonnici.
Lista tal-unuri tal-istaġun 2016/17:

4 a-side Highest FinishJohn Ciantar (Floriana Ajax)
4 a-side Cup1st Floriana Ajax; 2nd Mosta Horseshoe Bar; 3. Kalkara St Joseph
Ladies Knock-out1stBev Keen; 2nd Stephania Buhagiar
5 a-side Highest FinishAndy Keen (Kalkara)
5 a-side Runner UpMosta Horseshoe Bar
5 a-side Cup1stFloriana Ajax; 2ndMosta Horseshoe Bar; 3rd Birzebbugia Cox Sports Club & Kalkara St Joseph
Malta Doubles Cup1stN.Attard/D.Attard; 2ndE.Ciantar/M.Aquilina; 3rdA.Scerri/G.Abela & M.Smith/T.Borg
Super Cup1stAlbert Scerri; 2nd Gordon Stanmore; 3rd Mario Aquilina & Kirsten Aquilina
National League Div 3 Highest FinishZach Morling (St.Venera Red Square)
National League Division 31stMosta Horseshoe Bar B; 2ndHamrun Education Bar B
National League Div 2 Highest FinishMario Sciascia (Hamrun Education Bar)
National League Division 21stHamrun Education Bar A; 2ndBugibba Munchies Pub
POY Ladies1stJane Agius Baggeley; 2nd Bev Keen
POY Division 3Edward Azzopardi (Mosta Horseshoe Bar)
POY Division 2Lawrence Spiteri (Senglea M. Conquest)
POY Division 1Albert Scerri (Mosta Horseshoe Bar)
Overall POYAlbert Scerri (Mosta Horseshoe Bar)
Premier League1stNorbert Attard; 2nd Albert Scerri; 3rd Godfrey Abela & John Agius
National League Div 1 Highest FinishTony Borg (Mosta Horseshoe Bar)
National League Division 11st Kalkara St Joseph; 2nd Floriana Ajax A

It-tieni attività bi ġbir ta' fondi għal-Malta Community Chest Fund Foundation, saret ġewwa l-Kalkara nhar il-Ġimgħa 4 ta' Awissu. L-attività bl-isem, Bullseye for Charity kienet organizzata mil-Malta Darts Association b' kollaborazzjoni mal-kunsill lokali tal-Kalkara, CRPD u Breaking Limit b' numru ta' attivitajiet matul is-serata, bħal sessjonijiet ta' darts għal-nies b' diżabilità; kompetizzjoni tad-darts; diversi kantanti u żeffiena bħal Street Elements  hip-hop artists, Kapitlu Tlettax u DJ Bon; show tal-karozzi Ford; tberik tal-annimali; l-armar ta' pitch tal-futbol organizzat mil-NGO Move fejn preżenti kien hemm erba' plejers tat-tim nazzjonali tal-Futsal u l-eks plejer tat-tim nazzjonali tal-futbol, Gareth Sciberras u ħafna aktar.
L-Eċċellenza tagħha Marie-Louise Coleiro Preca, President ta' Malta flimkien mal-Onorevoli Clifton Grima, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Organizzazzjonijiet volontariji; Oliver Scicluna, President ta' CRPD; Speranza Chircop, Sindku tal-Kalkara; Dun Brian Gialanze, Kappillan tal-lokalita' u Edward Bonnici, President tal-Malta Darts Association, taw diskors matul il-ftuħ ta' din l-attivita.
Il-Malta Darts Association xtaqet tirringrazzja lill-isponsors u lil-pubbliku preżenti għall-parteċipazzjoni u l-kontribut għal din l-attività.