Il-Malta Community Chest Fund b’maratona ta’ ġbir ta’ fondi

Facebook

Read in English.

Il-Malta Community Chest Fund illum tinsab għaddejja b’maratona ta’ ġbir ta’ fondi ta’ 12-il siegħa biex tiġbor il-flus għal dawk fil-bżonn.

Il-maratona bl-isem “Għinuna Ngħinukom” bdiet f’12pm.

Il-President George Vella u martu jinsabu fl-istudjows tal-Where’s Everybody iwieġbu t-telefowns, flimkien ma’ għadd ta’ personalitajiet oħra, sabiex jiġbru l-flus għal dawk li għandhom problemi ta’ mard jew problemi soċjali oħra.

Sal-4.30pm kien inġabar kwart ta’ miljun ewro.

Qalb kbira. #għinunangħinukom #helpushelpothersmalta #donate5100 2020 – €205190 2030 – €505130 2000 – €1002126 2626 – Pledge5061 9201 (SMS) – €11.657935 9565 – BOV Mobile Pay

Posted by George Vella on Sunday, September 20, 2020

Ix-xahar li għadda, il-President Vella qal li kieku ma kinitx il-COVID-19, kienet issir ir-Rockestra, attività popolari li minnha l-Malta Community Chest Fund kienet tiġbor ammont sostanzjali ta’ donazzjonijiet biex tkun tista’ tgħin lill-eluf ta’ nies li jiġu bżonnha.

Minn dawn l-inizjattivi jgawdu persuni bi problemi serji ta’ saħħa, fosthom mard tal-kanċer; persuni bi bżonnijiet speċjali; familji bi bżonnijiet materjali; organizzazzjonijiet mhux governattivi li jagħmlu l-ġid fis-soċjetà; u ħafna oħrajn.

Messaġġ għalik mill-Arċisqof ta' Malta, l-E.T. Charles J. Scicluna.#għinunangħinukom #helpushelpothersmalta…

Posted by The Malta Community Chest Fund Foundation on Sunday, September 20, 2020

Tista’ tagħmel donazzjoni billi ċċempel:

  • 5100 2020 – €20
  • 5190 2030 – €50
  • 5130 2000 – €100
  • 2126 2626 – Pledge
  • 5061 9201 (SMS) – €11.65
  • 7935 9565 – BOV Mobile Pay
L-inizjattivi li tħabbru mill-President
Kampanja biex parti mill-paga tmur għall-MCCF