Il-Mali rnexxielu jegħleb l-Ebola

Il-Ministru tas-Saħħa fil-Mali ħabbar li fil-pajjiż inqerdet l-Ebola wara li għaddew 42 ġurnata mingħajr ma feġġew każi ġodda. 
Mill-bidu tal-epidemija, fil-Mali kien hemm biss 6 imwiet kawża tal-Ebola. 
Dan għall-kuntrarju ta’ x’ġara fil-Ginea, Sjerra Leone u l-Liberja fejn ħalliet aktar minn 8,400 vittma. 
L-aħħar pazjent infettat bl-Ebola fil-Mali, ħalla l-isptar ix-xahar li għadda u t-tobba u l-infermiera kellhom taħt idejhom madwar 300 każ suspettużi ta’ infettar.