Il-Maħfra mil-lat psikoloġiku

Fl-edizzjoni tal-lum tal-programm Sensilhena Christine Delicata se titkellem ma’ Fr Hilary Tagliaferro OSA u ma’ Sr Denise Vassallo li hija l-home manager tad-Dar Sagra Familja u tagħmel parti mill-Għaqda mhux Governattiva SEBĦ. Is-suġġett huwa ‘l-maħfra’. Żgur li dawn iż-żewġ mistiedna se jkollhom ħafna esperjenzi x’jaqsmu mat-telespettaturi.

Hilary Spiteri se jitkellem dwar il-pittura ta’ San Pietru Penitenti, xogħol ta’ Mattia Preti, li tinsab fil-Mużew Wignacourt, ir-Rabat waqt li Dr Nicholas Briffa se jitkellmu dwar il-Maħfra mil-lat psikoloġiku.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi Media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.

Hillary Spiteri

Sensilhena jixxandar illejla, l-Erbgħa 27 ta’ Mejju, fit-8.15pm fuq TVM b’repetizzjoni nhar is-Sibt fis-19.30 u l-Ħadd fid-09.00 fuq TVM2.