Il-maġġornaza tan-nisa Ingliżi jgħidu li huma femministi

Il-maġġoranza tat-tfajliet fl-Ingilterra u Wales qed jgħidu li huma femministi. Dan skont studju ppubblikat illum fejn ir-riċerkaturi qed jattribwixxu din iż-żieda lill-moviment #MeToo u l-falliment li titwaqqaf id-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol.

Taħriġ li sar lil aktar minn 4,000 mara minn organizzazzjoni tan-nisa bl-isem Young Women’s Trust, sabet li l-perċentaġġ ta’ nisa bl-etajiet tagħhom bejn 18 u 30 sena u li jgħidu li huma femministi żdied għal 57% minn 50% fuq is-sena ta’ qabel.

Fost in-nisa li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn 18 u 24 sena, 67% assoċjaw lilhom innifishom mat-terminu femminista.