Il-maġġoranza tal-għalliema fl-Ewropa huma nisa, akbar minn 50 sena

Wieħed minn kull tliet għalliema f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandu 50 sena jew iktar. Din it-tendenza tidher f’kull stat membru ħlief għall-Greċja, Rumanija u Malta.  
Dan joħroġ fi statistika Ewropea li tagħti ħarsa lejn l-impjieg fis-settur edukattiv matul is-sena 2013. F’din l-istess sena, fl-Ewropa kien hawn iktar minn 8.3 miljun għalliema, bil-maġġoranza tagħhom, ta’ kważi 70%, ikunu nisa.
Id-dominanza tan-nisa fl-edukazzjoni tispikka fil-livell primarju, b’persentaġġ li jlaħħaq il-95%. Għall-kuntrarju, 60% tal-għalliema fil-livell terzjarju kienu rġiel.
Skont din l-istess statistika, f’Malta, bħal f’diversi pajjiżi oħra, 99% tal-għalliema fuq livell ta’ kindergarden, huma nisa.