Il-maġġoranza taċ-ċittadini fir-Renju Unit iridu jibqgħu fl-UE

Il-maġġoranza taċ-ċittadini fir-Renju Unit iridu li jibqgħu parti mill-Unjoni Ewropea.
Minn stħarriġ tal-opinjoni pubblika li sar minn ComRes jirriżulta li 51% wieġbu li jekk isir referendum iridu jibqgħu fl-Unjoni Ewropea filwaqt li 33% qalu li jridu li r-Renju Unit toħroġ mill-Unjoni.
Għall-mistoqsija kif tista’ titressaq mill-Partit Konservattiv fil-Gvern, 58% qalu li jridu s-sħubija fl-Unjoni Ewropea filwaqt li 31% wieġbu fin-negattiv.
Mill-istħarriġ tal-opinjoni pubblika, ComRes qed tikkalkula li l-ewwel indikazzjonijiet għar-referendum fir-Renju Unit qed juri li mad-59% jridu li jibqgħu membri fl-Unjoni Ewropea filwaqt li 31% ma jridux.
Mir-riżultat jidher li ż-żgħażagħ għandhom ferm iżjed ħeġġa li jmorru jivvutaw minn dawk li għandhom aktar minn 34 sena.
Il-Laburisti Ingliżi huma ferm iżjed favur l-Unjoni Ewropea mill-Konservattivi b’73% u 58% rispettivament.