Il-magazine FLIMKIEN ta’ Settembru fuq Newsbook.com.mt

Flimkien Settembru Cover

Read in English.

Il-magazine Flimkien, għal darb’oħra tista’ taqrah fuq Newsbook.com.mt. Dan huwa s-sitt xahar li l-magazine tal-Kulleġġ tal-Kappillani se jkun fuq dan is-sit.

Fost ħwejjeġ oħra ssib artikli dwar:

  • Il-qassis li qatluh il-Mafja
  • L-Isqof Mario Grech intervistat dwar l-esperjenza tiegħu ta’ Isqof ta’ Għawdex u dwar il-Knisja kif jixtieqha hu.
  • Dott. Godfrey Agius jikteb dwar ix-xorb alkoħoliku u l-effetti tiegħu.
  • Novella tal-kittieba Mildred Honor
  • Omelija tal-Papa

Newsbook.com.mt qed jagħmilha aktar faċli għall-qarrejja biex jaqraw il-magazine. Għal numru ta’ ġranet il-qoxra tal-magazine se tkun qed tidher jew ma’ xi waħda mit-taqsimiet li jidhru fil-homepage, l-aktar it-taqsima Lifestyle.

Iżda mil-lum stess jekk tmorru fuq il-menù li hawn in-naħa ta’ fuq tal-paġna u tagħmlu l-cursor fuq il-kelma Lifestyle mal-menù li jinżel, hemm il-kelma FLIMKIEN. Agħfsu fuqha u tkunu tistgħu taraw l-artikli mill-magazine.

Newsbook.com.mt se jkun qiegħed jippubblika minn żmien għall-ieħor stejjer u rapporti li għandu l-magazine FLIMKIEN. Ma’ kull waħda minn dawn ikun hemm l-istampa tal-qoxra tal-magazine u tkunu tistgħu tarawh.

Tista’ tara l-verżjoni diġitali ta’ FLIMKIEN billi tagħfas hawn.

Flimkien Settembru Cover