Il-magazine FLIMKIEN ta’ Mejju fuq Newsbook.com.mt

Flimkien Mejju 2020 cover

Read in English.

Il-ħarġa ta’ Mejju tal-magazine popolari FLIMKIEN issa tista’ tinqara minn fuq Newsbook.com.mtDan huwa t-tieni xahar meta l-magazine tal-Kulleġġ tal-Kappillani se jkun fuq dan is-sit, peress li mhux se jkun stampat u mqassam bieb bieb minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Newsbook.com.mt se jagħmilha aktar faċli għall-qarrejja biex jaqraw il-magazine. Għal numru ta’ ġranet il-qoxra tal-magazine se tkun qed tidher jew ma’ xi waħda mit-taqsimiet li jidhru fil-homepage, l-aktar it-taqsima Lifestyle. Iżda mil-lum stess jekk tmorru fuq il-menu li hawn in-naħa ta’ fuq tal-paġna u tagħmlu l-cursor fuq il-kelma Lifestyle mal-menu li jinżel, hemm il-kelma FLIMKIEN. Agħfsu fuqha u tkunu tistgħu taraw l-artikli mill-magazine.

Newsbook.com.mt se jkun qiegħed jippubblika minn żmien għall-ieħor stejjer u rapporti li għandu l-magazine FLIMKIEN. Ma’ kull waħda minn dawn ikun hemm l-istampa tal-qoxra tal-magazine u tkunu tistgħu tarawh.

Fost l-artikli interessanti nsibu:

  • Artiklu dwar Kurċifiss li l-artist libbsu ġakketta ta’ immigrant li għereq.
  • Il-psikologu Rev. Dr Paul Galea jikteb dwar iż-żmien ta’ iżolament li qed jaffettwa ħafna nies.
  • Jayne Manfredi b’artiklu bl-Ingliż bit-titlu Beatitudes for a global pandemic.
  • Il-psikologu Nicholas Briffa jikteb dwar kif il-koppji jistgħu jilqgħu għall-istress li għaddejjin minnu.
  • Dr Godfrey Agius jikteb dwar id-deni fit-tfal waqt li Joyce Cassar tikteb dwar it-tfal.

Tista’ tara l-verżjoni diġitali ta’ FLIMKIEN billi tagħfas hawn.