Il-magazine FLIMKIEN ta’ Lulju fuq Newsbook.com.mt

Read in English.

Mill-aptit sesswali tal-mara sa kif tieħu ħsieb it-tfal fis-sajf u l-opinjoni tal-Isqof Joseph Galea Curmi dwar persuni vulnerabbli f’Malta, jinsabu fil-ħarġa ta’ Lulju tal-magazine popolari FLIMKIEN li issa tista’ taqrah minn fuq Newsbook.com.mtDan huwa r-raba’ xahar li l-magazine tal-Kulleġġ tal-Kappillani se jkun fuq dan is-sit.

Newsbook.com.mt qed jagħmilha aktar faċli għall-qarrejja biex jaqraw il-magazine. Jekk tmorru fuq il-menu n-naħa ta’ fuq tal-paġna u tagħmlu l-cursor fuq il-kelma Lifestyle mal-menu li jinżel, hemm il-kelma FLIMKIEN. Agħfsu fuqha u tkunu tistgħu taraw l-artikli mill-magazine.

Newsbook.com.mt se jkun qiegħed jippubblika minn żmien għall-ieħor stejjer u rapporti li għandu l-magazine FLIMKIEN. Ma’ kull waħda minn dawn ikun hemm l-istampa tal-qoxra tal-magazine u tkunu tistgħu tarawh.

Fost l-artikli interessanti nsibu:

  • Telefonata li tgħidlek li twieldet it-tarbija li kienet se tiġi abortita
  • Aptit sesswali baxx fil-mara
  • It-13-il vitamina li neħtieġu biex ikollna ġisem b’saħħtu
  • Kif tieħu ħsieb it-tfal fis-sajf
  • L-Isqof Galea Curmi dwar persuni dgħajfa u vulnerabbli

Tista’ tara l-verżjoni diġitali ta’ FLIMKIEN billi tagħfas hawn.