Il-magazine FLIMKIEN ta’ Ġunju fuq Newsbook.com.mt

Flimkien Cover Gunju

Read in English.

Il-ħarġa ta’ Ġunju tal-magazine popolari FLIMKIEN issa tista’ tinqara minn fuq Newsbook.com.mtDan huwa t-tielet xahar meta l-magazine tal-Kulleġġ tal-Kappillani se jkun fuq dan is-sit, peress li mhux se jkun stampat u mqassam bieb bieb minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Newsbook.com.mt se jagħmilha aktar faċli għall-qarrejja biex jaqraw il-magazine. Għal numru ta’ ġranet il-qoxra tal-magazine se tkun qed tidher jew ma’ xi waħda mit-taqsimiet li jidhru fil-homepage, l-aktar it-taqsima Lifestyle. Iżda mil-lum stess jekk tmorru fuq il-menu li hawn in-naħa ta’ fuq tal-paġna u tagħmlu l-cursor fuq il-kelma Lifestyle mal-menu li jinżel, hemm il-kelma FLIMKIEN. Agħfsu fuqha u tkunu tistgħu taraw l-artikli mill-magazine.

Newsbook.com.mt se jkun qiegħed jippubblika minn żmien għall-ieħor stejjer u rapporti li għandu l-magazine FLIMKIEN. Ma’ kull waħda minn dawn ikun hemm l-istampa tal-qoxra tal-magazine u tkunu tistgħu tarawh kollu.

Fost l-artikli interessanti nsibu:

  • Jismu Carlo. Għandu 15 u diġà ġenju tal-kompjuter
  • “Jiddispjaċini iżda dik problema tiegħek.” X’jaħseb dwar dan il-Papa Franġisku?
  • How to be a supportive partner
  • Veru ħadd ma jista’ jieħu post l-omm?
  • Il-klowning mhix ħaġa tad-daħk
  • X’hemm ġdid fil-liġi tal-kera
  • Tgħid min se jirbaħ dan il-kwizz?

Tista’ tara l-verżjoni diġitali ta’ FLIMKIEN billi tagħfas hawn.

Flimkien Cover Gunju