Il-magazine FLIMKIEN ta’ Awwissu fuq Newsbook.com.mt

Flimkien Magazine Awwissu

Read in English.

Jekk int miżżewweġ, jew għandek it-tfal li qed jiġu bbuljati, jew tinteressak riċetta ta’ smoothie bil-frott aħmar jew tixtieq tkun taf kif tissapportja lil uliedek, allura l-magazine Flimkien ta’ Awwissu żgur li jinteressak. Dan il-magazine mhux se tirċevih id-dar kif kien jiġri qabel bdiet il-pandemija iżda tista’ taqrah fuq Newsbook.com.mt. Dan huwa l-ħames xahar meta l-magazine tal-Kulleġġ tal-Kappillani se jkun fuq dan is-sit.

Newsbook.com.mt se jagħmilha aktar faċli għall-qarrejja biex jaqraw il-magazine. Għal numru ta’ ġranet il-qoxra tal-magazine se tkun qed tidher ma’ xi waħda mit-taqsimiet li jidhru fil-homepage, l-aktar it-taqsima Lifestyle. Iżda mil-lum stess jekk tmorru fuq il-menù li hawn in-naħa ta’ fuq tal-paġna u tagħmlu l-cursor fuq il-kelma Lifestyle mal-menù li jinżel, hemm il-kelma FLIMKIEN. Agħfsu fuqha u tkunu tistgħu taraw l-artikli mill-magazine.

Newsbook.com.mt se jkun qiegħed jippubblika minn żmien għall-ieħor stejjer u rapporti li għandu l-magazine FLIMKIEN. Ma’ kull waħda minn dawn ikun hemm l-istampa tal-qoxra tal-magazine u tkunu tistgħu tarawh.

Tista’ tara l-verżjoni diġitali ta’ FLIMKIEN billi tagħfas hawn.