Il-magazine FLIMKIEN issa fuq Newsbook.com.mt

Flimkien April 2020

Read in English.

Newsbook.com.mt se jxandar il-ħarġa ta’ April tal-magazine popolari FLIMKIEN. Il-magazine tal-Kulleġġ tal-Kappillani mhux se jkun stampat u mqassam bieb bieb iżda se jkun jista’ jinqara minn fuq Newsbook.com.mt  wara ftehim bejn l-amministrazzjoni taż-żewġ organizzazzjonijiet fi ħdan il-Knisja f’Malta.

Din il-ħarġa għandha ħafna artikli ta’ interess partikolari li jgħinu lill-qarrejja f’dan iż-żmien tal-pandemija tal-coronavirus. Hemm kemm artikli dwar il-kwarantina, dwar x’tista’ tagħmel meta tkun ‘maqful’ id-dar u dwar logħob li jistgħu jilagħbu tfal. Hemm artiklu dwar il-liġi tal-kera u ieħor dwar il-barranin li hawn Malta. Hemm ukoll artiklu dwar ir-relazzjonijiet sesswali.

Fr Joe Mizzi, l-amministratur ta’ Flimkien, irringrazzja lill-amministrazzjoni ta’ Newsbook.com.mt għall-koperazzjoni li qed issir bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta. 

Fil-ġranet li ġejjin fuq Newsbook.com.mt se nkunu qed nippubblikaw ukoll artikli differenti minn dan il-magazine.

Tista’ tara l-verżjoni sħiħa ta’ FLIMKIEN billi tagħfas hawn.