Il-mafkar ta’ Daphne lura f’postu wara li tneħħa minħabba l-Vitorja

Occupy Justice

Read in English.

Il-mafkar tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia reġa’ tpoġġa lura f’postu wara li lbieraħ tneħħa biex isir avveniment marbut mal-Vitorja quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta.

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-grupp Occupy Justice spjega kif ir-ritratti, sinjali u xemgħat tneħħew iżda ma ntremewx. Dawn tpoġġew moħbija fil-ġenb tal-monument. Dawn tpoġġew lura fil-post li kienu qabel. Il-grupp sosta li l-protesta tkompli.

Our posters and candles were removed but not thrown away, but left hidden at the side of the monument. They have now…

Posted by Occupy Justice Malta on Friday, September 4, 2020

Wara xhur mhux mimsus, ilbieraħ il-mafkar tneħħa mill-ġdid minħabba l-preparamenti li għaddejjin għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Vitorja. L-attivista Alessandra Dee Crespo xerrdet ritratt tal-monument tal-Assedju l-Kbir ta’ quddiem il-qorti mingħajr il-mafkar tal-ġurnalista, u b’għadd ta’ siġġijiet imqegħdin hemm minħabba l-Vitorja li tiġi ċċelebrata fit-8 ta’ Settembru.

Il-mafkar kien ilu ma jintmess minn Jannar, meta Robert Abela beda jokkupa l-kariga ta’ Prim Ministru. Fil-bidu tal-mandat tiegħu, Abela kien iddikjara li l-mafkar se jitħalla hemm wara snin jitneħħa b’ordni tal-Ministru Owen Bonnici, li dak iż-żmien kien Ministru għall-Ġustizzja.

Il-Qorti kienet sabet lill-Ministru ħati li kiser id-drittijiet umani tal-attivisti ta’ kemm-il darba ordna li jitneħħa l-mafkar.

Iċ-ċerimonja li tfakkar il-Vitorja: