“Il-mafja ħakmet lill-pajjiż” – MŻPN

Strixxun kbir li twaħħal fi Triq il-Bombi fil-Furjana, propju maġenb Bieb il-Bombi, jagħti d-direzzjoni lill-pubbliku lejn dik li sejħilha “Il-Mafja ta’ Kastilja”.

Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN), il-fergħa żagħżugħa tal-Partit Nazzjonalista rreaġixxiet għall-istrixxun.

F’messaġġ fuq Facebook, il-fergħa qalet li filwaqt li f’pajjiżi barranin hemm il-mafja, f’Malta il-mafja ħakmet lill-pajjiż.

Fuq l-istrixxun wieħed jista’ jara lill-Prim Ministru Joseph Muscat, lill-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, lill-eks Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, lis-sid tal-kumpanija 17 Black u akkużat bl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia Yorgen Fenech, il-Ministru Chris Cardona, is-sensar tal-assassinju Melvin Theuma u l-Ministru Michael Farrugia.