Il-madum tradizzjonali Malti issa fuq il-bolol

Id-disinni tal-madum tradizzjonali Malti issa tista’ ssibhom fuq erba’ miniature sheets ġodda li nħarġu mill-MaltaPost.
Il-madum tradizzjonali Malti ġie introdott mill-Ottomani u ilu jintuża fl-inħawi tal-Mediterran għal bosta snin. Dan b’mod speċjali fejn jidħlu palazzi, djar kbar u żgħar, kif ukoll bini kummerċjali.
Il-MaltaPost qalet li l-erba’ disinni tal-madum tal-art huma tpinġijiet mill-artista lokali Stephanie Borg u wieħed jista’ jixtrihom minn kull fergħa postali f’Malta.
Il-miniature sheets jiswew €1.00, €1.16, €2.36 u €3.00.