Fit-68 puntata mis-sitt staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa li se tixxandar illum fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315, Olivia tgħid lil John kemm kienet iddispjaċuta dwar dak li kien għamel meta kienet għadha tarbija biex jilħaq l-għan tiegħu. Waqt li tkun fuq il-mobajl min kien qed josservaha?
Il-Madre u Sister Edwina jitkellmu dwar omm Edwina. X’se jiddiskutu dwarha?
Feliċ jgħajjat lil Olivia biex ikellimha. X’se jgħidilha fuq ommha u oħtha? Tgħid temmnu jew le?
Ħbieb u Għedewwa ikollu repetizzjoni l-għada fl-10.15am. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.