Il-Madre x’se tgħid dwar Angela?

Sorelle jkompli llum fl-3.40pm fuq TVM bil-21 puntata mit-tieni u l-aħħar staġun ta’ din is-sensiela bi produzzjoni ta’ Rewind.

Jodi tmur għand Lorraine. X’se tgħidilha dwar Samantha? X’parir se ttiha? Taqbel magħha jew le?

Neil imur jistaqsi lil Lorraine biex toħroġ tiekol miegħu… x’se tgħidlu? Il-Madre x’se tgħid lil Michael dwar Sr Angela?

X’ġara minnu Steve? Fejn hu Vince?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa. Repetizzjoni ta’ din il-puntata tixxandar illejla fil-11.30pm u għada fis-6.15am, dejjem fuq TVM. Nhar is-Sibt imbagħad jixxandru l-puntati ta’ ġimgħa sħiħa mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.