Waqt l-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw x’raġuni se jagħti Decelis lil Saviour meta jistaqsieh għaliex Rachel kellha permess toħroġ mill-ħabs biex tkun tiltaqa’ mat-tifla tagħha.
Rachel tmur il-kunvent fejn kienet trabbiet. X’se tgħidilha l-Madre dwar Saviour u x’parir se ttiha?
X’se jiġri bejn Lina u Karl meta jitkellmu?
Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-ĠImgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela, bi produzzjoni ta’ Rewind, għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.