Il-MacBook jaħdem aħjar fil-friża?

Dave Lee li għandu stazzjon fuq You Tube tefa’ l-aħħar MacBook li xtara, dak li ħareġ din is-sena, fil-friża. Il-laptop li huwa atrezzat bl-aħħar teknoloġija ħadem ħafna aħjar meta kien fil-friża.

Minħabba li l-laptop huwa b’saħħtu ħafna, dan isir jaħraq ħafna f’ħin qasir. Għalhekk meta jisħon, il-proċessur imewwet l-eżekuzzjoni tal-laptop biex ma ssirlux ħsara.

Meta il-laptop kien fuq mejda, ma setax lanqas jilħaq l-eżekużżjoni standard għax is-sistema lanqas hi kapaċi żżomm is-sistema f’temperatura baxxa biżżejjed biex il-laptop jiffunzjona sew.

Il-filmat ta’ Dave Lee jispjega aktar fid-dettal id-‘difett’ li għandu l-laptop il-ġdid ta’ Mac;