Il-lukanda ta’ Chelsea offruta lill-istaff mediku f’Londra

Is-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali (NHS) tal-Ingilterra aċċetta l-offerta li għamlu Chelsea. Roman Abramovich, il-propjetarju tal-klabb offra l-lukanda li hemm ġewwa Stamford Bridge lit-tim mediku. Abramovich offra l-lukanda lill-istaff li bħalissa qed jaħdem bla waqfien kontra l-kriżi li ġab miegħu l-coronavirus.

Il-lukanda se tkun għad-dispożizzjoni tal-istaff għal xahrejn, iżda jista’ jagħti l-każ li jtawwal dan il-perjodu jekk ikun hemm il-bżonn.

Il-klabb ħareġ stqarrija li kienet tgħid li l-klabb ingħaqad f’rispons mediku għal kontra l-epidemija f’Londra. Min-naħa tagħhom l-NHS laqgħu l-offerta tall-klabb u se jkunu qed jutilizzaw il-Millennium Hotel għall-esiġenzi tal-istaff mediku.

Il-kalendarju sportiv fl-Ingilterra ntlaqat ferm ħażin minħabba l-epidemija u ħafna mill-avvenimenti sportivi kellhom jitħasru jew jiġu sospiżi. Il-futbol b’mod professjonali fl-Ingilterra ġie sospiż tas-3 ta’ April.