Il-lukanda Phoenicia se tkun rinovata

Il-kumpanija CampbellGray Hotels se tniedi programm estensiv ta’ rinovazzjoni fil-lukanda Phoenicia bejn l-14 ta’ Novembru  2015 u il-31 ta’ Marzu 2016 fejn il-lukanda se tkun qed tagħlaq il-bibien tagħha sabiex tippermetti li x-xogħol isir mingħajr ir-riskju ta' tfixkil għall-klijenti tagħha.
Wara investiment ta’ 15-il miljun ewro, il-programm ta' ħames xhur ta’ restawr għal din il-lukanda fil-qalba tal-belt kapitali, il-belt Valletta, se jinkludi rinovazzjoni u titjib fil-136 kamra tas-sodda, kif ukoll fil-kmamar tal-banju, żvilupp ta’ Suites ġodda fis-sular ta’fuq bl-isem ta’ “Sky Suites”, bidla tal-pixxina ‘f’infinity pool’ b’veduti tal-port, bidla fil-ġonna tal-lukanda kif ukoll tat-terazzi, restawr tal-faċċata klassika tal-Phoenicia, rinovar u titjib tal-ispazji pubbliċi tal-lukanda, iż-żieda ta' Health Club u Spa bi tmien kmamar speċjalizzati għat-trattamenti ta’ rilassament, gymnasium u pixxina msaqqfa, rinovazzjoni estensiva tal-Ballroom, investiment ġdid fl-impjant ta' enerġija effiċjenti.
Biż-żieda ta’ suites u tal-iSpa li se jiftaħ f’Ottubru 2016, kif ukoll bl-estensjoni fir-ristoranti, se jinħolqu wkoll iktar opportunitajiet ta' xogħol.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt