Il-Lukanda Kempinski f’San Lawrenz Għawdex terġa’ tiftaħ il-bibien

Il-Lukanda Kempinski f’San Lawrenz Għawdex, reġgħet fetħet il-bibien tagħha wara inverstiment ta’ €6 miljun.
Permezz ta’ dan l-investiment il-lukanda ħadet xejra oħra bi stil aktar kontemporanju.
Fl-inawgurazzjoni l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qal li dan l-investiment se jsaħħaħ il-kwalità tas-servizz turistiku.
Refalo spjega li s-sena li għaddiet Għawdex kellu żieda ta’ 14% fl-iljieli ta’ turisti li qagħdu f’Għawdex.
Il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li Għawdex qed ikollu xejriet pożittivi fl-industija turistika.
Qal li s-sena l-oħra aktar minn miljun viżitatur marru Għawdex, b’123,000 minnhom kienu turisti li qattgħu iktar minn lejl wieħed f’Għawdex. 
Ritratt:MGOZ: George Scerri