Il-lukanda Juliani bi premju prestiġjuż minn TripAdvisor

Il-lukanda Juliani ħabbret li għat-tieni sena konsekuttiva rebħet il-premju magħruf bħala Travellers’ Choice award ta’ TripAdvisor. Dan ipoġġi lil-lukanda fost l-aqwa.
Għall-14-il sena, TripAdvisor elenkat l-iktar propertajiet popolari abbażi tal-miljuni ta’ opinjonijiet li tirċievi f’sena minn nies li jivjaġġaw minn madwar id-dinja kollha. L-aċċenn jibqa’ fuq is-servizz, il-kwalità u l-valur.
Il-lukanda Juliani, immexxija minn familja, tinsab f’San Ġiljan. B’47 kamra, hija toffri servizz personalizzat lill-klijenti tagħha.
Riċentament, il-lukanda bdiet toffri wkoll faċilitajiet li jinkludu dawk ta’ attività fiżika. Dan minbarra xogħol ta’ immodernizzar li għaddej fit-terrazz u l-pixxina fl-ogħla sular tal-lukanda, u xogħol ieħhor ta’ immodernizzar tal-kmamar li hu pjanat għall-futur.