Il-Lord of the Rings twaqqaf ukoll

Il-Lord of the Rings intlaqat ukoll mill-imxija tal-coronavirus hekk kif is-sensiela li kienet qed tinġibed mill-Amazon kellha titwaqqaf. B’hekk ingħaqdet ma’ proġetti ta’ films għat-TV  u films kbar hekk kif il-koronavirus ikkawża ħerba fl-iskedi ta’ produzzjoni globali.

Ġurnal fi New Zealand fejn kienet qed tinġibed is-sensiela kien irrapporta li l-Amazon r-rumanz ta’ J.R.R. Tolkien waqaf għal mill-inqas ġimagħtejn wara d-deċiżjoni tal-pajjiż li jġib kontrolli iebsa fuq il-fruntiera, jiġifieri kull min jasal irid jiżola ruħu għal 14-il jum.

L-għeluq tal-ġbid tas-sensiela ġie rrappurtat li kien komunikat lill-ekwipaġġ f’nota mill-produttur GSR Productions li qal li “m’hemmx tweġibiet ċari għal meta aħna nibdew niġbdu l-produzzjoni mill-ġdid”.

Iżda wara r-rapport ippubblikat fil-ġurnal, Amazon uffiċjalment ħabbru li m’hemmx data fil-futur meta jistgħu jiġbdu l-Lord of the Rings.

Amazon kienu bdew jaħsbu għal din is-sensiela mill-2017. Fil-fatt anki ħabbru l-atturi prinċipali għaliha. Fost dawn hemm Robert Aramayo, Owain Arthur, Nazanin Boniadi, Tom Budge u Morfydd Clark.