Il-Lombard Bank se jappella d-deċiżjoni tal-FIAU

Read in English.

Il-Lombard Bank se jappella d-deċiżjoni meħuda mit-Taqsima tal-Analiżi tal-Intelliġenza Finanzjarja (FIAU) li tat multa ta’ €340,000 lill-bank talli kiser xi regolamenti ta’ kontra l-ħasil tal-flus.

Fi stqarrija, il-bank qal li l-FIAU ppubblikat siltiet minn dak li sabet u b’hekk ma tatx il-kuntest tal-każijiet individwali li eżaminat. B’hekk, il-bank qed iqis li l-FIAU ħalliet lok għal interpretazzjoni żbaljata.

L-FIAU kienet wettqet spezzjoni fil-bank fil-ħarifa tal-2019.

Apparti dan, il-bank qal li l-FIAU bl-ebda mod ma ssuġġeriet li kien hemm ħasil tal-flus jew suspett ta’ ħasil tal-flus.

Għaldaqstant, il-Lombard Bank mistenni jappella din il-multa, u kull sejba li qalet li għamlet l-FIAU.