Il-logħob tas-Serie A se jintlagħab mingħajr il-partitarji

Il-partitarji mhux se jitħallew jidħlu jaraw il-logħob fejn hemm riskju li jinxtered il-coronavirus. Dan ifisser li l-logħob ta’ Udinese kontra Firoentina, Sassuolo kontra Brescia, Parma kontra Spal u Milan kontra Genoa se jintlagħbu wara bibien magħluqha.

Paolo Da Pino, il-president tas-Serie A, żvela aktar kmieni llum, li l-kampjonat bagħat lill-gvern Taljan għal permess speċjali biex il-logħob jintlagħab mingħajr partitarji. Dan biex il-logħob ma jkunx pospost. Jidher li llejla, il-gvern approva dan il-permess.

Il-weekend li għadda, Inter-Sampdoria, Torino-Parma, Hellas Verona-Cagliari u Atalanta-Sassuolo kienu kollha posposti minħabba li l-coronavirus daħal fit-Tramuntana tal-Italja. Madankollu Serie A ma jistgħux jibqgħu jipposponu l-logħob addoċċ minħabba li nhar it-12 ta’ Ġunju għandha tibda l-Euro 2020.