Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar għal Malta fl-2023

Malta se tospita l-20 edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa għat-tielet darba, fit-2023. 
Dan tħabbar waqt l-Assemblea Ġenerali tal-GSSE f’Montenegro wara li Malta rebħet l-offerta sabiex tkun tista’ tospita dan il-logħob.
Il-Logħob, li tipikament isir lejn l-aħħar ta’ Mejju u bidu ta’ Ġunju, jinvolvi kompetizzjonijiet f’disa’ jew għaxar kategoriji ta’ sport olimpiku tas-sajf. Sport mhux olimpiku jista’ jkun inkluż ukoll. 
Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa (GSSE) jsir darba kull sentejn. 
Dan il-logħob jiġi organizzat mill-Kumitati Nazzjonali Olimpiċi tal-pajjiżi membri: Malta, Andorra, Ċipru, Iżlanda, Lussemburgu, Monako, Montenegro, San Marino u Liechtenstein.