Il-logħob tal-FISEC 2015 se jsiru f’Malta

Waqt l-Assembleja Ġenerali Bro Martin, President tal-FISEC Malta, rebaħ it-talba biex Malta torganizza l-logħob tas-sena dieħla f'Malta.
It-talba ta' Malta għelbet l-isfidi ta' pajjiżi oħrajn, biex b'hekk bħal daż-żmien sena f'Malta jkun madwar elf student ta' taħt is-sbatax-il sena li ser ikunu f'pajjiżna jieħdu sehem f'dawn il-logħob li huma speċi ta' mini olimpjadi.
Fl-aħħar jum mit-tlielaq individwali waqt il-logħob tal-FISEC li qed isiru fi Vjenna, kellna aktar suċċessi mill-għawwiema Maltin.
Michael Umnov rebaħ id-deheb fil-200 metru short course butterfly fejn il-ħin kien wieħed rekord għall-logħob tal-FISEC.
Neil Muscat rebaħ il-fidda fil-100 metru freestyle short course u fil-50 metru backstroke.
Kimberly Castelli ħadet il-bronż fil-50 metru butterfly.
It-tim magħmul mill-għawwiema Neil Muscat, Michael Stafrace, Michael Umnov u Jeremy Bugeja rebaħ il-medalja tal-bronż fil-mitt metru medley relay ta' erba.
B'hekk il-kontinġent Malti tal-għawm temm l-impenji tiegħu bir-rebħ ta' żewġ midalji tad-deheb, tlieta tal-fidda u tmienja tal-bronż.
Il-Maltin kisru wkoll tliet FISEC rekords u żewġ short course rekords Nazzjonali.