Il-logħob Olimpiċi fl-2020 se jsiru f’Tokyo

Il-logħob Olimpiċi fis-sena 2020 mistennija jsiru f’Tokyo. Il-kapitali Ġappuniża rebħet l-aħħar round ta’ voti mill-membri tal-kumitat olimpiku internazzjonali f’Buenos Aires wara li akkwistat sittin vot għal kuntlarju ta’ Istanbul li ngħata 36 vot. Il-belt kapitali Spanjola kienet eliminata f’vot preliminari.

Din l-aħbar waslet għal diversi ċelebrazzjonijiet hekk kif il-Ġappun se tkun qed tospita dan l-avveniment għall-ewwel darba sa mill-1964. Madanakollu f’dik is-sena, il-logħob kienu kkanċellati minħabba t-tieni gwerra dinjija. Il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe rringrazzja lil kulħadd filwaqt li saħaq li Tokyo se jkun qed jipprepara bi ħġaru biex jorganizza dan il-logħob mill-aqwa.

Il-logħob Olimpiċi li jmiss se jsiru f’Rio de Janeiro fil-Brażil fis-sena 2016.