Il-logħba tal-Ingliżi titwaqqaf darbtejn minħabba razziżmu

Il-logħba bejn l-Ingilterra u l-Bulgaria twaqqfet darbtejn minħabba li l-partitarji kellhom jiġu mwissija dwar l-atteġjament tagħhom. Huma bdew jagħmlu sinjali Nażisti u jagħmlu ħsejjes bħax-xadini.

Ir-referee kellu jwaqqaf il-logħba għall-ewwel darba fit-28 minuta meta t-tim Ingliż kien diġà qed jirbaħ 2-0.

Il-logħba kellha titwaqqaf għat-tieni darba fit-43 minuta. Il-logħba kompliet wara li kien hemm diskussjoni bejn ir-referee u l-coach tat-tim Ingliż Gareth Southgate.

L-Ingliżi komplew żiedu mal-iskor u spiċċaw il-logħba 6-0 biex b’hekk saħħew posthom fuq quddiem minn Grupp A.

Riżultati oħra:

Grupp A

Kosovo 2-0 Montenegro

Grupp B:

Lithuania 1-2 Serbia

Ukraine 2-1 Portugal

Grupp H:

France 1-1 Turkey

Iceland 2-0 Andorra

Moldova 0-4 Albania